IL-MAGNA

 

 

Il-Magna ta’ Memorji Meraviljużi, magħrufa wkoll bħala Kapula Merill, hi magna li tivvjaġġa maż-żmien. Hi nbniet u ntbagħtet minn futur imbiegħed għall-preżent, bl-għan li tfittex memorji lokali sabiex dawn jiġu ddiġitizzati u merfugħin għal futur.

 

Fiż-żmien ta’ wara l-mewġa’’ kbira u t-telf tal-memorja, Kapsula Merill tivvjaġġa immexxija mill-Vjaġġatur Numru 35 - jew Wistin. Hu jiġbor memorji minsija li jinstabu maqbudin fuq oġġetti analogu li qed jiddisintegraw malajr, mifruxin f’kollezzjonijiet personali madwar Malta u Għawdex.

 

 

 

F’sensiela ta’ nżuliet uffiċjali, il-Vjaġġatur ta’ Fuq il-Pultruna flimkien mal-Magna ta’ Memorji Meraviljużi jimbarkaw fuq mawra madwar il-Gżejjer Maltin. F’dal punt kruċjali fl-istorja, V.F.P.35/Wistin għandu l-għan ta’ tfittxija għal memorji minsija.

 

Miexi ‘l quddiem u lura fiż-żmien, il-vjaġġatur jippreżentalna opportunita’ unika biex niddiġitizzaw u nżommu l-memorji għeżież għal dejjem. Hu qed joffrilna ċ-ċans li ngawduhom u nużawhom biex nibnu dinjiet ġodda, kemm issa u anke fil-ħinijiet u spazji tal-futur.

 

Żomm għajnejk miftuħa għall-Magna ta’ Memorji Meraviljużi Kapsula Merill, u n-navigatur ta’ fuq il-pultruna, li lilna l-pubbliku qed jagħtuna ċ-ċans noħorgu l-kollezzjonijiet tagħna għad-diġitiżazzjoni. Segwi lil Wistin matul din il-mawra elettronika filwaqt li tgawdi l-interventi artistiċi ppreżentati f’kull lokalita.

 

 

INŻUL U AVVENIMENTI

 

 

SKJEDA T’INŻUL

 

Ibqa magħna u żomm għajnejk miftuħa għal Magna Żmien.

 

Dalwaqt naslu f’lokalita qrib tiegħek!

 

 

Inżul #2

Cittadella,Gozo

15:09:18

 

 

Inżul #3

Spazju Kreattiv, Valletta,

Science in the City

28:09:18

 

 

Inżul #4

Notte Bianca

06:10:18

 

 

Inżul #5

Kalkara

 

 

Inżul #6

 Siggiewi