IL-PROĠETT

 

 

MAGNA ŻMIEN

Il-Magna ta’ Memorji Meraviljużi

 

Maqbud fuq in-naħa l-oħra tal-qasam diġitali,mixħut  x'imkien  fuq l-ixtajta analogi, hemm senduq, teżor b’memorji maqfulin. Nies familjari jiżfnu, it-teptip ta’parata fil-karnival, leħen imxennaq tan-nanna tgħanni,kitarra ftit stunata,tfesfiss,  moħbi min-naħa l-oħra

Iż-żigarelli,il-kasetts,, ir-ritratti, diski u filmati, bil-wegħda mrażżna tagħhom ta’ ġawhriet moħbija u ħolm minsi, memorja kollettiva lesta biex tigwida u ddawwal emozzjonijiet ġodda.

 

Li kieku nistgħu inniffsu l-ibħra mal-fdalijiet kulturali li nġabru maż-żmien u li warrabna u nsejna, inkunu nistgħu

nifirxu x-xbieki tagħna u bil-qabda tant prezzjuża nimilħu dinja ġdida mibnija u maħluqa fuq dak li xi darba kien jagħmilna dak li aħna.

 

Kaxex virtwali,b’oġġetti mwarrba  mtellgħin fl-art mill-baħar, imnebbħa  minn Joseph Cornell, u l-artista A.I. mill-ktieb ta’William Gibson, il-Magna ta’ Memorji Meraviljużi,  hija magna ta moviment  għall-ġbir  u l-aċċess ta’ memorji Maltin li qed jintesew u li forsi jistgħu jipprovdukuntest,ġdid,  għar-rakkont ta’ stejjerr   fil-preżent u fil-ġejjieni.

 

“L-għanjiet tieghi huma ta’żmien   iehor u jiġu-mill bogħod. Jibagħtuli ħwejjeġ ġodda, għalkemm nippreferi dawk qodma…”

 

COUNT ZERO William Gibson

 

 

MIN AĦNA?

 

 

Magna Żmien huwa proġett li twaqqaf min grupp ta’ nies bl-għan komuni ta’ preżervazzjoni u aċċess għal-memorji u stejjer popolari Maltin, li ġew irrekordjati fuq kollezzjonijiet awdjoviżwali li jinsabu fid-djar tan-nies.  L-użu u interpretazzjoni tal-kontenut diġitali f’kuntesti ġodda u artistiċi huwa ukoll għan ċentrali għall-dan il-proġett.

 

 Direttur artistiku

Andrew Alamango

 

Maniġer tal-proġett

Nicole Blackman

 

Komunikazzjoni

Sarah Malli

 

   Disinn, branding, kunċett tal-Magna, u żvilupp tal-istorja

Andrej Vujicic

 

 Żvilupp tas-sit u n-narrattiva diġitali,kurazzjonital-kontenut

Jimmy Grima @ tinyislandstudio

 

  Disinn u krejazzjoni tal-Magna

Matthew Pandolfino

 

Disinntad-dawlwtal-Magna

Andrew Schembri,  Tony Gialanzé

www.lateinteractive.com

 

 

    Arkivjar u parir tekniku

Andrew Pace

 

 Tim tal-arkivjar

AidanCeleste

Jessee Rymer

John Paul Azzopardi

Maria Muscat

Sarah Farrugia

Timothy Garrett

Yasmin Kuymizakisi