ŻUR IL-KOLLEZZJONI

 

 

MAGNA ŻMIEN, MOVIMENT GĦALL-ĠBIR U D-DIĠITIŻAZZJONI TA’ OĠĠETTI U KOLLEZZJONIJIET AWJDOVIŻWALI LI JINSABU FID-DJAR TAN-NIES.

 

 

IL-PROĠETT

 

 

MAGNA ŻMIEN

Il-Magna ta’ Memorji Meraviljużi

 

Maqbud fuq in-naħa l-oħra tal-qasam diġitali,mixħut x'imkien fuq l-ixtajta analogi, hemm senduq, teżor b’memorji maqfulin. Nies familjari jiżfnu, it-teptip ta’parata fil-karnival, leħen imxennaq tan-nanna tgħanni, kitarra ftit stunata,tfesfiss, moħbi min-naħa l-oħra.

 

Iż-żigarelli,il-kasetts, ir-ritratti, diski u filmati, bil-wegħda mrażżna tagħhom ta’ ġawhriet moħbija u ħolm minsi, memorja kollettiva lesta biex tigwida u ddawwal emozzjonijiet ġodda.

 

Li kieku nistgħu inniffsu l-ibħra mal-fdalijiet kulturali li nġabru maż-żmien u li warrabna u nsejna, inkunu nistgħu

nifirxu x-xbieki tagħna u bil-qabda tant prezzjuża nimilħu dinja ġdida mibnija u maħluqa fuq dak li xi darba kien jagħmilna dak li aħna.

 

Kaxexx virtwali,b’oġġetti mwarrba mtellgħin fl-art mill-baħar, imnebbħa minn Joseph Cornell, u l-artista A.I. mill-ktieb ta’William Gibson, il-Magna ta’ Memorji Meraviljużi,  hija magna u moviment għall-ġbir u l-aċċess ta’ memorji Maltin li qed jintesew u li forsi jistgħu jipprovdu kuntest ġdid, għar-rakkont ta’ stejjer   fil-preżent u fil-ġejjieni.

 

“L-għanjiet tiegh ihuma ta’żmien  iehor u jiġu-mill bogħod… Jibagħtuli ħwejjeġ ġodda, għalkemm nippreferi dawk qodma…”

 

COUNT ZERO William Gibson

 

 

X’QED INFITTXU?

 

 

Għandek memorji minsija u mwarrba, mohbija ġo xi kaxxa d-dar?

 

Qatt ħsibt jew staqsejt kif tista’ terġa’ żżur dawk il-memorji tant sbieħ?

 

Magna Żmien qed jiġbru u jeqilbu dawn il-kollezzjonijiet għal digitali,   għalhekk fittex u oħroġ dawk il-formats u akkwista kopja diġitali tal-memorji tiegħek b’xejn, sabiex taqsamhom u tgawdihom mal-familja u l-ħbieb. Issieħeb u ingħaqad mal-komunità Magna Żmien.

 

IKKUNTATTJA LIL MAGNA ŻMIEN SABIEX TGAWDI U TAQSAM IL-MEMORJI TIEGĦEK MA’,ĦADDIEĦOR, ISSA U FIL-FUTUR!

 

 

 

TEMI TA’ INTERESS

 

 

Qed infittxu kontenut lokali ta’ :

 

 

MUŻIKA U ŻFIN

 

 

FESTI U ĊELEBRAZZJONIJIET

 

 

PAJSAĠĠI U AMBJENT

 

 

TEKNOLOĠIJA

 

 

ĠRAJJIET U INDIVIDWI STRAORDINARJI

 

 

IDENTIFIKA L-FORMAT!

 

 

Qed infittxu kollezzjonijiet awjdoviżwali li jinstabu fid-djar tan-nies fuq dawn il-formats:

 

 

ŻIGARELLI SNIN ’50-SNIN ’80

 

 

 

 

KASSETTS TAL-AWDJO

SNIN ‘60- SNIN ’90

 

 

DISKI MALTIN

78,45,33rpm SNIN ’30 - SNIN ‘70

 

 

 

 

 

FILMATI U TERTUQI 8MM

SNIN ‘50 -SNIN '80

 

 

 

 

 

 

RITRATTI U SLIDES

SNIN 1900 - 1980 

 


 

Magna Żmien huwa proġett li twaqqaf min grupp ta’ nies bl-għan komuni ta’preżervazzjoni u aċċess għal-memorji u stejjer popolari Maltin, li ġew irrekordjati fuq kollezzjonijiet awdjoviżwali li jinsabu fid-djar tan-nies.  L-użu u interpretazzjoni tal-kontenut diġitali f’kuntesti ġodda u artistiċi huwa ukoll għan ċentrali għall-dan il-proġett.

 

 

 Direttur artistiku

Andrew Alamango

 

Maniġer tal-proġett

Nicole Blackman

 

Komunikazzjoni

Sarah Mallia

 

 

  Disinn, branding, kunċett tal-Magna, u żvilupp tal-istorja

Andrej Vujicic

 

 Żvilupp tas-sit u n-narrattiva diġitali, kurazzjonital-kontenut

Jimmy Grima tinyisland

 

 

  Disinn u krejazzjoni tal-Magna

Matthew Pandolfino

 

 Disinntad-dawltal-Magna

Andrew Schembri,  Tony Gialanzé

www.lateinteractive.com

 

 

 

    Arkivjar u parir tekniku

Andrew Pace

 

 Tim tal-arkivjar

AidanCeleste

Jesse Rymer

John Paul Azzopardi

Maria  Muscat

Sarah Farrugia

Timothy Garrett

Yasmin Kuymizakis

 

 

  IKKUNTATJANA

 

 

EMAIL

info@magnazmien.com

 

MOBILE

+356 77060232

 

SOCIAL

FACEBOOK

TWITTER

INSTAGRAM

 

 

 

 

 

 

MIN AĦNA?